Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R1256R(01)

Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1256 tal-21 ta’ April 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/35 fir-rigward tal-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà fil-governanza tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 277 tat-2 ta’ Awwissu 2021)

C/2022/4460

ĠU L 173, 30.6.2022, p. 136–136 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/1256/corrigendum/2022-06-30/oj

30.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 173/136


Rettifika tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1256 tal-21 ta’ April 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/35 fir-rigward tal-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà fil-governanza tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 277 tat-2 ta’ Awwissu 2021 )

F’paġna 16, fl-Artikolu 1(2)(a), fl-emenda tal-Artikolu 260 tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/35, fis-sostituzzjoni tal-paragrafu 1, il-punt (a), il-punt (i),

minflok:

“‘(i)

azzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni biex jivvalutaw u jimmaniġġjaw ir-riskju ta’ telf jew ta’ bidla avversa fil-valuri tal-obbligazzjonijiet tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, li jirriżultaw minn prezzar inadegwat u proviżjonament ta’ suppożizzjonijiet minħabba fatturi interni jew esterni, inklużi riskji għas-sostenibbiltà;’;”,

aqra:

“‘(i)

azzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni biex jivvalutaw u jimmaniġġjaw ir-riskju ta’ telf jew ta’ bidla avversa fil-valuri tal-obbligazzjonijiet tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, li jirriżultaw minn prezzar inadegwat u suppożizzjonijiet għall-proviżjonament minħabba fatturi interni jew esterni, inklużi riskji għas-sostenibbiltà;’;”.


Top