This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D1045
Political and Security Committee Decision (CFSP) 2022/1045 of 28 June 2022 extending the mandate of the Head of Mission of the European Union Border Assistance Mission for the Rafah Crossing Point (EU BAM Rafah) (EU BAM Rafah/1/2022)
Deċiżjoni tal-Kumitat politiku u ta’ sigurtà (PESK) 2022/1045 tat-28 ta’ Ġunju 2022 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (EU BAM Rafah/1/2022)
Deċiżjoni tal-Kumitat politiku u ta’ sigurtà (PESK) 2022/1045 tat-28 ta’ Ġunju 2022 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (EU BAM Rafah/1/2022)
ST/8552/2022/INIT
ĠU L 173, 30.6.2022, p. 75–76
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2023
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/1045/oj
30.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 173/75 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2022/1045
tat-28 ta’ Ġunju 2022
li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (EU BAM Rafah/1/2022)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/889/PESK tal-25 ta’ Novembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 10(1) tal-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) hu awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċitar tal-kontroll politiku u tad-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah), inkluż id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni. |
(2) |
Fit-13 ta’ Ottubru 2020, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1548 (2) , li ħatret lis-Sur Mihai-Florin BULGARIU bħala Kap tal-Missjoni ta’ EU BAM Rafah mill-1 ta’ Novembru 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021. |
(3) |
Fid-28 ta’ Ġunju 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1065 (3), li testendi l-mandat ta’ EU BAM Rafah sat-30 ta’ Ġunju 2022. |
(4) |
Fl-1 ta’ Lulju 2021, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1127 (4), li testendi l-mandat tas-Sur Mihai-Florin BULGARIU bħala l-Kap tal-Missjoni EU BAM Rafah mill-1 ta’ Lulju 2021 sat-30 ta’ Ġunju 2022. |
(5) |
Fis-27 ta’ Ġunju 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1017 (5), li testendi l-mandat ta’ EUBAM Rafah sat-30 ta’ Ġunju 2023. |
(6) |
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Mihai-Florin BULGARIU bħala Kap tal-Missjoni ta’ EU BAM Rafah sat-30 ta’ Ġunju 2023, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Mihai-Florin BULGARIU bħala Kap tal-Missjoni ta’ EU BAM Rafah huwa b’dan estiż mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2022.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2022.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
D. PRONK
(1) ĠU L 327, 14.12.2005, p. 28.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2020/1548 tat-13 ta’ Ottubru 2020 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntiera għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (EU BAM Rafah/2/2020) (ĠU L 354, 26.10.2020, p. 5).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1065 tat-28 ta’ Ġunju 2021 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (ĠU L 229, 29.6.2021, p. 11).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/1127 tal-1 ta’ Lulju 2021, li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (EU BAM Rafah/1/2021) (ĠU L 244, 9.7.2021, p. 1)
(5) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1017 tas-27 ta’ Ġunju 2022 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (ĠU L 170, 28.6.2022, p. 74).